Internazzjonali

Jiffaċċjaw l-emerġenza fil-Libanu fost taħditiet urġenti

Il-President tal-Libanu, Michel Aoun, qed jiltaqa’ mal-ogħla uffiċjali tas-sigurtà Lebaniżi biex jiddiskutu l-mewġa ta’ vjolenza ta’tmiem il-ġimgħa li ħalliet il-mijiet tal-midruba.

Dan wara li d-dimostranti, is-Sibt u l-Ħadd, garaw il-ġebel, il-logħob tan-nar u diversi  oġġetti lejn il-pulizija għal kontra l-irvellijiet f’Bejrut, meta l-poplu qed jesprimi rabja kbira talli waqgħu lura l-isforzi lejn it-twaqqif ta’ Gvern.

Il-pulizija fi tmiem il-ġimgħa sparaw il-gass tad-dmugħ u balal tal-gomma biex iżommu lid-dimostranti ‘il bogħod mill-bini tal-parlament u l-President Aoun — flimkien mal-Aġenti Ministri Lebaniżi għall-Militar u l-aġenziji tas-sigurtà — qiegħed jevalwa l-effetti tal-aktar tmiem il-ġimgħa vjolenti f’Bejrut minn Ottubru ‘il hawn.

Il-protesti bla preċedent fil-Libanu ilhom ix-xhur għaddejjin kontra klassi politika meqjusa bħala korrotta u inkompetenti. L-inkwiet fil-Libanu anki qed ikun xprunat minn kriżi ekonomika li qed issir dejjem aktar serja.