Futbol Sport

Jispikka llum id-dwell bejn Chelsea u Arsenal

(Ritratt: Premier League)

Chelsea u Arsenal se jiltaqgħu kontra xulxin fi Stamford Bridge wara li t-tnejn waqqgħu l-punti fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Chelsea kienu megħluba minn Newcastle f’St. James’ Park filwaqt li Arsenal spiċċaw 1-1 kontra Sheffield United. B’hekk ifisser li rebħa għal Arsenal tnaqqas id-distakk minn mar-rivali ta’ Londra għal seba’ punti.

Il-manager ta’ Chelsea Frank Lampard jista’ jilqa’ lura lil Reece James filwaqt li Marcos Alonso jinsab għad-dispożizzjoni. Fuq in-naħa l-oħra, Mikel Arteta se jkun mingħajr Sead Kolasinac, Reiss Nelson u Pierre-Emerick Aubameyang li hu sospiż. Sokratis Papastathopoulos jinsab dubjuż.

Lampard se jipprova jsir l-ewwel manager Ingliż ta’ Chelsea minn żmien Dave Sexton (1969/70) li jikseb doppjetta fil-kampjonat kontra Arsenal. Iżda l-Gunners huma l-aktar tim barra minn darhom li rebħu fil-Premier League fi Stamford Bridge. Fl-aħħar ħames logħbiet, Chelsea kisbu seba’ punti kontra s-sitt punti miksuba minn Arsenal.

Premier League

Illum: Bournemouth v Brighton    8.30pm, Aston Villa v Watford 8.30pm, Crystal Palace v Southampton 8.30pm, Everton v Newcastle 8.30pm, Sheffield United v Manchester City 8.30pm, Chelsea v Arsenal 9.15pm

Għada: Leicester v West Ham 8.30pm, Tottenham v Norwich 8.30pm, Manchester United v Burnley 9.15pm

Il-Ħamis: Wolves v Liverpool 9.00pm