Lokali

KONFERMATA: Clint Camilleri preferut fuq Anton Refalo bħala Ministru t’Għawdex

Il-Prim Ministru għadda l-Ministeru t’Għawdex minn idejn Justyne Caruana għal għand Clint Camilleri, biex b’hekk reġa skarta għal darboħra lil Anton Refalo.

L-aħbar ħarġet l-ewwel fuq is-sit elettroniku tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista, qabel ma ħarġet l-istqarrija uffiċjali tal-Gvern.

Camilleri, li nhar l-Erbgħa ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, issa se jgħaddi dan il-Ministeru li Anton Refalo, li wara l-ħatra ta’ Justyne Caruana fuq Għawdex kien esprima d-diżappunt tiegħu b’messaġġ stramb fuq Facebook.

Aktar kmieni llum, wara li tħabbret ir-riżenja ta’ Justyne Caruana, Anton Refalo ukoll tella’ post fuq Facebook b’ritratt b’wiċċu daħkan u fejn awgura ġurnata mill-isbaħ lill-kulħadd.