Sport Sport Ieħor

Rebħa u draw kontra l-Bulgarija għat-tim nazzjonali tal-futsal

It-tim nazzjonali Malti temm iż-żewġ impenji ta’ ħbiberija kontra l-Bulgarija b’rebħa u draw. Wara li fil-logħba tal-Ħadd il-logħba ntemmet 2-2, ilbieraħ il-plejers Maltin kisbu rebħa ta’ 3-1.

Fil-logħba tal-Ħadd, kien il-plejer ta’ Luxol Andy Mangion li ta vantaġġ lit-tim Malti, qabel il-veteran Boycho Marev għeleb lil Brandon Debono u ġab id-draw. Fit-tieni taqsima, Aleksey Stepanov poġġa lit-tim Bulgaru fil-vantaġġ iżda lejn nofs it-taqsima Dylan Musu ġab id-draw minn penalty.

Illum, it-tim ta’ Zeljko Anicic kien 1-0 minn taħt fi tmiem l-ewwel taqsima iżda fit-tieni taqsima, Malta skorjat tliet darbiet permezz ta’ Firas Aboulezz, free-kick ta’ Dylan Musu u gowl ieħor ta’ Marwan Telissi.

Dawn il-logħbiet kienu l-ewwel tnejn tal-kowċ il-ġdid Zeljko Anicic u qed iservu bħala preparazzjoni għall-impenji minn Grupp Ċ mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew li t-tim nazzjonali Malti għandu kontra l-Polonja, l-Iżvezja u l-Greċja.

Tags