Lokali

Robert Abela ma jikkummentax hu u dieħel għas-seduta Parlamentari

Ma tantx bdiet b’mod sabiħ l-ewwel ġurnata ta’ Robert Abela fil-Parlament bħala Prim Ministru. Dan wara l-aħbarijiet ġodda li ħarġu dalgħodu rigward Silvio Valletta, ir-raġel tal-Ministru Justyne Caruana.

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar ir-riżenja ta’ Caruana, Robert Abela qal li mhux se jikkummenta għalissa.

Hu mistenni li l-Prim Ministru jgħaddi r-rimarki tiegħu għall-ħabta tad-9:30am, meta se jkun qed jindirizza d-deputati Parlamentari fl-ewwel seduta mill-waqfa tal-festi.

Il-Prim Ministru dieħel il-Parlament dalgħodu