Lokali

Robert Abela jibqa’ jiddefendi lil Edward Scicluna

Fid-dawl ta’ dak li ħareġ matul il-jum tat-Tnejn… fejn kompla s-smigħ tax-xhieda fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’  jiddefendi lill-Ministru tal-Finanzi tiegħu.

Fl-istess ħin li fil-Qorti kienu qed ikomplu jinstegħu ix-xhieda fl-inkjesta pubblika fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Net Newes staqsa lill-Prim Ministru dwar x’azzjoni se jieħu fuq Edward Scicluna… wara li sigħat biss qabel, Abela sofra l-ewwel riżenja ta’ Minisitru tiegħu li kienet ila biss ħamest ijiem li ħadet il-ġurament tal-ħatra.

Net News staqsa lil Robert Abela dwar Edward Scicluna, wara li t-Times of Malta żvelat kif l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta kien ħabib intimu ta’ Yorgen Fenech u f’Settembru tal-2018 kien saħansitra siefer miegħu biex jara logħba football fi Private Box fl-istadium ‘Stamford Bridge’ taċ-Chelsea.

Valletta kien ġie maħtur direttament mill-Ministru Edward Scicluna bħala membru li jirrappreżenta lill-Pulizija fuq il-Bord tal-FIAU, u li fost l-oħrajn kellu jinvestiga l-kumpaniji sigrieti fil-Panama tal-eks Ministru Konrad Mizzi u tal-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri.

Dawn i-kumpaniji kienu qegħdin allegatament jirċievu fihom €5,000 kull wieħed kuljum lill-kumpanija 17 Black, li aktar tard sar magħruf li hija tal-ħabib ta’ Valletta, Yorgen Fenech, illum akkużat li kien wieħed mill-komplici fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Minkejja din il-ħbiberija intima bejn Yorgen Fenech u Silvio Valletta, Edward Scicluna għażel lil Valletta biex ikun fuq il-Bord tal-entità responsabbli li tinvestiga tranżazzjonijiet suspetti ta’ ħasil ta’ Flus, l-FIAU.

Skont is-sit tal-Gvern, il-ħatra ta’ Silvio Valletta fuq il-Bord kellha tibqa’ valida sat-22 ta’ Jannar 2020, iżda Valletta irtira mill-korp ftit tax-xhur ilu biex bhekk m’għadux ipoġġi fuq il-Bord tal-FIAI.

Sa Awwissu li għadda, Valletta kien għadu jpoġġi fuq dan il-Bord u allura kellu aċċess għal informazzjoni marbuta mal-investigazzjonijiet li kien qed jagħmel l-FIAU fil-kumpaniji ta’ Mizzi u Schembri.

Edward Scicluna baqa’ qatt ma talab it-tneħħija ta’ Silvio Valletta minn fuq dan il-Bord. Scicluna, bħalissa jinsab ukoll taħt inkjesta dwar id-deal suspettuż tal-Vitals… deal li kien iffirmat waqt li hu kien Ministru tal-Finanzi.. Iżda minkejja dan kollu, Robert Abelta xorta jibqa’ jiddefendih.