Lokali

Silvio Valletta id-Depot għal interrogazzjoni

Id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta

L-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta llejla ssejjaħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana biex jiġi interrogat.

Dan wara li aktar kmieni dalgħodu it-Times of Malta żvelat fil-mobile ta’ Yorgen Fenech instab filmat tal-istess Valletta jikkummiedja f’Rolls Royce.

L-istess ġurnal kien żvela ftit qabel li Valletta kien siefer mal-imprenditur li huwa akkużat b’kompliċita fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. F’Settembru li għadda, Valletta u Fenech ivvjaġġaw flimkien lejn l-Ingilterra, fejn kellhom post speċjali f’VIP box

L-eks Deputat Kummissarju, li kien ukoll membru fuq il-Bord tal-FIAU fiż-żmien meta kienu qed ikunu investigati l-kumpaniji sigrieti ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi, kien interrogat mill-Aġent Kummissarju Carmelo Magri u l-Assistent Kummissarju Kevin Farrugia.