Atalanta fallew opportunità li jilħqu lil Roma fir-raba’ post wara li kienu megħluba f’darhom minn Spal 2-1. Din ir-rebħa kienet ir-raba’ waħda tal-istaġun għat-tim ta’ Leonardo Semplici u biha qabżu lil Genoa u laħqu lil Brescia.
Kienu l-Bergamasci li marru fil-vantaġġ wara 16-il minuta bi kross fil-baxx mix-xellug ta’ Duvan Zapata li sab lil JOSIP ILICIC li bit-takkuna mill-kaxxa ż-żgħira għeleb lil Etrit Berisha. Spal ġabu d-draw fl-54 minuta b’azzjoni fuq ix-xellug, b’Arkadiusz Reca jitfa’ kross fil-baxx lejn ANDREA PETAGNA li skorja mill-viċin. Il-gowl tar-rebħa wasal mas-siegħa logħob meta b’azzjoni personali MATTIA VALOTI għeleb lil Marco Sportiello b’xutt fil-baxx għar-rokna.
//= $special ?>