Lokali Qorti

Tkompli l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

Waqt ix-xhieda tiegħu l-eks direttur tal-FIAU Manfred Galdes iddikjara li rriżenja għax kienet qed isir diffiċli ħafna għall-FIAU biex tosserva l-obbligi tagħha fil-liġi.

Galdes saħaq li hu ġibed l-attenzjoni tal-Ministru tal-Finanzi imma kollu kien għalxejn għaliex qatt ma sar xejn dwar dan.