Il-Prim Ministru Robert Abela kien affaċċjat minn domandi mill-media li kienet qed tistenna barra l-bini tal-Parlament wara li Abela naqas milli jindirizza lid-deputati u minflok, sempliciment ikkonferma r-rizenja ta’ Justyne Caruana.
Il-maġġoranza tad-domandi kienu jitrattaw ir-relazzjonijiet mill-qrib li membri tal-Gvern għandhom ma’ nies involuti jew imsemmija fl-invetigazzjoni dwar l-assissinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Filfatt, issemma’ l-kaz meta l-Avukat Ġenerali kien appella mid-deċiżjoni li Silvio Valletta, l-eks Deputat Kummisarju tal-Pulizija u r-raġel tal-eks Ministru Justyne Caruana, jitneħħa mill-investigazzjoni dwar Caruana Galizia. Robert Abela qal li l-Avukat Ġenerali kellu dritt jagħmel li għamel.
Inqas minn ġimgħa ilu, il-Prim Ministru għażel li jagħti post fil-Kabinett lil Justyne Caruana u waqt attività politka f’Għawdex, ftaħar li kien kburi bid-deċiżjoni li għamel anke jekk affaċċja kritika min-numru kbir ta’ Għawdxin għax nesa lil Anton Refalo.
Ftit jiem wara li nħattret, Caruana rriżenjat għax ir-raġel tagħha deher li kellu relazzjoni mill-qrib ma’ Yorgen Fenech li jinsab allegat b’komplicita’ fl-assissinju. Robert Abela kien mistoqsi kienx jaf b’dan meta għamel l-għażla ta’ Justyne Caruana bħala Ministru t’Għawdex. Il-Prim Ministru qal li ħa deċiżjoni x’ħin kellu l-istampa kollha.
Il-Prim Ministru kien mistoqsi direttament dwar aktar nuqqasijiet u allegazzjonijiet relatati mal-Korp tal-Pulizija, b’Robert Abela jghid li se jħalli f’idejn l-Aġent Kummissarju Carmelo Magri, anke meta l-ġurnalisti staqsew dwar Ian Abdilla li allegatament naqas milli jagħeml dak li kelu jagħmel biex iġib l-informazzjoni koretta dwar il-kumpanijja 17 Black.
Ian Abdilla huwa l-persuna inkarigata mill-investigazzjoni fir-rigward tal-kumpanija sigrieta 17 Black – investigazzjoni li ġibdet kritika kbira mill-media indipendenti minħabba l-mod kif Abdilla deher ikaxkar saqajh. Bl-assistent kummissarju iwiegeb lit-Times, 13-il xahar ilu, li hu mhuwiex accountable ghall-pubbliku.
Robert Abela kien mistoqsi dwar il-fatt li l-ewwel diskors tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta fil-Parlament ma sarx. Hu saħaq li l-pjan tal-Gvern għall-Parlament kien spjegat waqt attività politika f’Bormla li fiha Abela indirizza lill-partitarji Laburisti ftit siegħat wara li d-distrett tagħhom baqa’ mingħajr membri fil-Kabinett
//= $special ?>
