Ekonomija Lokali Unjoni Ewropea

Zrinzo Azzopardi ma jweġibx dwar il-pakkett tal-fondi Ewropej li se jinnegozja

Fi żmien għaxar xhur, Malta trid tkun għalqet in-negozjati kollha mal-Unjoni Ewropea dwar il-fondi għas-seba’ snin li ġejjin.

Fl-ewwel attività tiegħu bħala s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Net News staqsa lil Stefan Zrinzo Azzopardi jekk hux kunfidenti li jista’ jikseb għal Malta pakkett finanzjarju imessjonantii bħal ma li nnegozja Lawrence Gonzi fl-2013.

Zrinzo Azzopardi kien biss kapaċi jgħid li qed nistennew fair deal”.

Dak iż-żmien, il-Prim Ministru kiseb €1.12 biljun jew €1,120,000,000 bħala fondi għal pajjiżna, għall-perjodu ta’ bejn 2013 u l-2020.

Dan kien il-pakkett finanzjarju li sab f’ħoġru Gvern ġdid Laburista fl-2013. Issa wieħed irid jara x’pakkett se jikseb għal pajjiżna il-Gvern ta’ Robert Abela.