Id-deputati tal-Gvern Laburista qed jibqgħu jinsistu li jridu jaraw il-provi kollha qabel jiddeċiedu jekk kelliex issir investigazzjoni fil-konfront tal-eks Chief of Staff ta’ Josepoh Msucat, Keith Schembri.
Dan minkejja li t-Tnejn, l-eks Direttur tal-FIAU Manfred Galdes iddikjara li l-Korp tal-Pulizija rċieva dokumenti u informazzjoni bizzejjed biex tibda investigazzjoni fil-konfront ta’ Schembri. U allura, huwa misteru ghaliex sa issa ma rajna l-ebda zviluppi wara kwazi 4 snin minn mindu fegg l-iskandlu tal-Panama Papers.
Galdes iddikjara li meta hu kien Direttur tal-FIAU, darba kien hemm kollezzjoni ta’ informazzjoni li ta dirett lill-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar …għax ħass li din kienet informazzjoni sensittiva ħafna.
Ftit wara, l-eks Kummissarju kien irrizenja mit-tmexxija tal-Korp.
Meta affacjati bid-domandi ta’ Net News, diversi deputati baqgħu jirrepetu t-twegiba li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu…. minkejja li Galdes iddikjara li l-FIAU ma setgħetx tiffunzjona sew għax kienet nieqsa mill-fondi u mill-istaff.
Oħrajn, malli raw il-cameras, għaddew minn wara tal-Parlament biex jevitaw li jwieġbu għall-mistoqsijiet.
//= $special ?>
