Il-plejer Brażiljan Gilmar da Silva Ribeiro qed jipprova jinħall mill-kuntratt li għandu mal-klabb Al-Hamriyah u mhux eskluż li jirritorna f’Malta. Il-paġna ta’ Replay fuq facebook tista’ tikkonferma li d-diskussjonijiet bejn iż-żewġ partijiet għaddew u jistgħu jkunu konklużi sal-ġimgħa d-dieħla. Jidher li xi klabbs mill-Kampjonat Premier qed isegwu s-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa.
Ir-relazzjoni ta’ Gilmar ma’ pajjiżna tmur lura għas-sena 2013 meta kien inġieb minn Naxxar Lions. Fl-istaġun 2013/14 skorja seba’ gowls fil-kampjonat u fl-istaġun ta’ wara sab ix-xibka 11-il darba, b’Naxxar iżommu posthom fil-Kampjonat Premier fiż-żewġ staġuni.
Fis-sajf tal-2015, Gilmar ingħaqad b’self ma’ Hibernians u għen lit-tim jispiċċa fit-tieni post fejn saħansitra spiċċa fir-raba’ post fil-klassifika tal-aqwa skorers b’total ta’ 15-il gowl. Wara li kompla l-karriera fl-Arabja Sawdija, f’Jannar tal-2017 irritorna b’self ma’ Hibernians. Hu skorja sitt gowls u kien parti importanti mit-tim li rebaħ il-kampjonat. Fl-aħħar sentejn u nofs lagħab fl-Emirati Għarab Magħquda.
//= $special ?>