Lokali

Hold up minn ħanut f’Tas-Sliema

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet ilbieraħ filgħaxija f’ħanut fi Triq l-Imrabat, f’Tas-Sliema.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel li kellu wiċċu mogħtti b’maktur u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegati sabiex jagħtuh il-flus. Fil-ħanut f’dak il-ħin kien hemm mara ta’ 56 sena u oħra ta’ 36 sena.

Hekk kif ha l-flus, il-ħalliel minnufih ħarab minn fuq il-post. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Carolina Farrugia Frendo li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan u mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.