Lokali Parlament

Il-pożizzjoni tal-PN hi dwar riforma mifruxa li tinkludi l-assistenza lid-deputati

  • Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li l-pożizzjoni tal-PN dwar ir-Rapport Finanzarju tal-Parlament hi li ssir riforma mifruxa u effettiva ta’ assistenza lid-deputati biex dawn ikunu f’pożizzjoni aħjar li jwettqu xogħlhom.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-mod kif jaħdem il-parlament illum hu differenti minn dak li kien qabel, foshtom fl-aspett tekniku. Hi tkellemt dwar il-bżonn tad-deputati li jkollhom l-assistenza u sostniet li l-Ministru Michael Farrugia stess ikkonferma kemm id-deputati kellhom bżonn l-assistenza ta’ nies tekniċi fil-liġi tal-IVF.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex il-parlament jilħaq iktar lin-nies u spjegat kif il-parlament qed jilqa’ fih diskussjonijiet li qabel ma kienux isiru. Dan flimkien ma’ attivitajiet oħra. Il-pubbliku għandu jkun imħeġġeġ jipparteċipa iktar fid-diskussjoni. L-aħħar avvenimenti politiċi m’għenux biex jingħadda dan il-messaġġ.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li hemm spazji oħra li jistgħu u għndhom jintużaw minbarra l-kamra tas-seduta plenarja u l-post fejn isiru l-laqgħat tal-kumitati tal-Kamra.

Il-bini tal-parlament għadu mhux lest fosthom fil-post fejn kien hemm l-istazzjon tal-ferrovija fejn se ssir librerija sofistifikata u ta’ riċerka mhux biss għad-deputati iżda għar-riċerka. Għaddej ukoll il-proċess dwar l-informazzjoni diġitali biex din iktar aċċessibbli. Il-pjan finanzjarju tal-parlament jitkellem ukoll fuq il-€100,000 li jirċievi kull partit, li għandu jkun kunsidrat jekk dan hux biżżejjed.

Hi tkellmet dwar interventi fil-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra fl-10 ta’ Lulju 2019 fejn l-Oppożizzjoni tkellemt dwar l-assistenza lid-deputati, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni. Mhux il-każ li l-PN qed jipprova jġib il-flus mingħand il-gvern. Mhu minnu li l-pożizzoni tal-Oppożizzjoni hi marbuta ma’ għajnuna lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Hi kkwotat mill-laqgħa tal-House Business Committee tal-10 ta’ Lulju 2019fejn il-Viċi-Kap tal-PN David Agius staqsa jekk hux se jkun hemm tibdil u jekk hux se jkun hemm Membri tal-Parlament full-time u jekk il-pagi tal-Membri Parlamentari humiex inklużi.

Claudette Buttigieg sostniet li dak li qal l-ex whip u issa Ministru Byron Camilleri l-bieraħ f’din il-Kamra huwa żbaljat għaliex hu sostna li l-Oppożizzjoni qatt ma ressqet dan il-punt fil-House Business Committee u ffukat biss fuq iż-żieda ta’ staff għall-Kap tal-Oppożizzjoni.

Fl-10 ta’ Lulju 2019 David Agius kien iddikjara li dan ifisser li dak kollu li kien qed jgħid il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed jiġi kkonsidrat;, bħal pereżempju li għandhom jiżdiedu l-pagi tal-Membri Palramentari.

Dakinhar id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kien qal li mhux qed ngħid li m’għandniex niddiskutu imma jekk ma lħaqniex deċiżjoni ta’ kemm jista’ jkun hemm varjazzjoni jew le – mhux qed ngħid li se jkun hemm f’pagi jew f’benefiċċji oħrajn, ma jistgħux jitniżżlu fl-estimi għax ma tistax tgħid x’inhu l-pjan.

Fl-istess laqgħa l-Ministru Edwrad Zammit Lewis qal li, rigward dak li qed jgħid l-Ispeaker, f’paġna 3 tar-rapport qed tintalab allokazzjoni ulterjuri f’każ li javveraw affarijiet li jinqalgħu, fosthom dawn li qed jgħid David Agius.

Byron Camilleri kien qal ukoll li ħadna nota ta’ dik it-talba. Fuq suġġeriment tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, li qajjem anke dibattitu huwa stess, u anke fid-dawl li l-istqarrija li ħriġna kienet li qed nistudjaw ir-rapport li ħareġ, jien naħseb li kwalunkwe deċiżjoni għandha tittieħed fir-rigward tal-Membri Parlamentari kollha, imbagħad jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn, imma ma naħsibx li nistgħu niddeċiedu fuq xi erbgħa jew ħamsa. Jekk għandna nieħdu deċiżjoni jsir dibattitu kif suppost, għandu jintlaħaq ftehim, kif suppost, b’deċiżjoni informata, imbagħad inkunu nistgħu niddeċiedu.