“Ghad għandi 45 sena u baqali ħafna iktar x’noffri lill-poplu u lill-pajjiż. Ser inkompli bil-ħidma tiegħi fil-Parlament biex fl-elezzjoni li jmiss nerġa’ nikkontesta f’Għawdex”.
Din hija d-dikjarazzjoni bla tlaqliet li għamlet l-eks Ministru Justyne Caruana, wara li fil-bidu tal-ġimgħa kienet kostretta tirriżenja mill-Kabinett ta’ Robert Abela. Caruana stqarret dan f’messaġġ qasir fuq Facebook.
L-akkużi kontra żewġha, Silvio Valletta, huma akkużi serjissimi li jorbtuħ mal-allegat kompliċi fl-assassinju ta’ Caruana Galizia. Iżda minkejja l-akkużi kollha u l-gravita’ tagħhom…hi xorta determinata li tibqa’ fix-xena politika u żżomm is-saħħa tal-kostitwenti Għawdxin.
Dan ifisser li l-Mexxej Laburista Robert Abela m’għandux triq oħra ħlief li jħalli lil Justyne Caruana tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
