Il-Pulizija ftit tal-ħin ilu ikkonfermaw dak li żvela Net News ilbieraħ, meta tard bil-lejl irrappurtajna illi l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta jinsab taħt investigazzjoni.
Valletta ġie mitkellem fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija dwar dawn l-allegazzjonijiet illi qegħdin isiru, u li jorbtuħ mal-persuna li huwa allegatament kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia; Yorgen Fenech.
L-investigazzjonijiet fil-konfront ta’ Silvio Valletta u fuq kull allegazzjoni li saret, għadhom għaddejjin.
Valletta huwa r-raġel tal-eks Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.



