Il-klabb Franċiż Nantes se jsellem il-memorja tal-eks plejer Emiliano Sala billi fil-konfront tal-Ħadd li ġej kontra Bordeaux, jilbsu flokk bil-kuluri abjad u ċelesti tal-Arġentina minflok il-kuluri normali tagħhom aħdar u abjad.
Nantes ħabbru dan f’għeluq mill-ewwel anniversarju tal-mewt ta’ Sala li kien miet wara li l-ajruplan iġġarraf fil-Kanal Ingliż fi triqtu lejn Cardiff. Dan wara li l-klabb minn Wales kien laħaq ftehim ma’ Nantes biex l-attakkant jibda avventura fil-Premier League.
Il-Franċiżi qalu li l-flokkijiet ta’ darba se jkunu għal bejgħ u l-profitti kollha jmorru għall-klabbs ta’ taħriġ ta’ Sala fl-Arġentina. Il-ġisem tiegħu kien identifikat qalb it-tifrik ġimagħtejn wara.
“Minħabba li kien joħlom li jilbes il-flokk tal-Arġentina, għal logħba, il-plejers ta’ Nantes se jċedu l-flokk tradizzjonali isfar u aħdar u jilbsu flokk abjad u ċelesti,” qal il-klabb fi stqarrija. Nantes u Cardiff għadhom iridu jilħqu ftehim dwar il-pagament tat-trasferiment tal-plejer.
//= $special ?>