Lokali Parlament

Xejn mill-gvern dwar il-futur tal-AUM…skiet fuq ‘università’ li falliet qabel bdiet

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici ma weġibx mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami dwar il-futur tal-AUM.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami jinsisti biex il-gvern jieħu azzjoni dwar l-art li se tingħata lill-AUM f’Żonqor Point

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech staqsa lill-Ministru Bonnici biex jispjega x’inhi l-pożizzjoni wara l-falliment tal-Università Amerikana f’Malta (AUM), li la hi Univeristà, la hi Amerikana u lanqas għamlet suċċess f’Malta.

Hu staqsa dan wara li l-ex Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo kien ikkritika l-operat ta’ din is-suppost univeristà u qal li kien sar allerġiku għal dawn it-tip ta’ istituzzjonijiet edukattivi li jwegħdu li se jġibu lejn Malta eluf ta’ studenti iżda ma jġibu xejn. Id-deputat Nazzjonalista staqsa wkoll jekk il-gvern hux se jieħu l-art fiż-Żonqor li kien għadda lil din is-suppost univeristà.

Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici ma wieġeb l-ebda mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista u semma’ biss il-ħidma li wettaq il-gvern fl-edukazzjoni.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici ma jweġibx il-mistoqsijiet dwar il-futur tal-AUM