Lokali Parlament

211-il każ rapport fil-Gudja; 110 minnhom serq

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li n-numru ta’ każi li seħħew u ġew reġistrati fl-Għassa tal-Gudja fis-sena 2019 kien ta’211-il każ. Minn dawn 110 kienu każijiet ta’ serq.

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici

Din l-informazzjoni ngħatat fuq mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici li staqsa lill-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ każi reġistrati fl-Għassa tal-Gudja tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm rapporti ta’ serq fl-istess lokalità.