Lokali Qorti

22 immigrant jeħlu 9 xhur ħabs

22 immigranti ġew ikkundannati 9 xhur ħabs u multa ta’ €800, wara li nstabu ħatja, quddiem il-Maġistrat Marisianne Farrugia, b’akkużi relatati mal-inċidenti li seħħew f’Ħal Safi fis-6 ta’ Jannar.

L-irġiel kienu akkużati li nsulentaw, heddew u b’mod vjolenti rreżistew il-forzi tal-ordni, kif ukoll li kkaġunaw ġrieħi ħfief fuq ħames uffiċjali tad-detenzjoni. Ġew mixlijin ukoll li ħadu parti f’ġemgħa biex iwettqu ħsara u li naqqsu li ma jibqgħux f’ġemgħa meta ngħataw l-ordni.

Akkużi oħrajn kienu jinkludu li għamlu patt biex jikkommettu reat, ħsara volontarja, li ddisturbaw il-paċi pubblika, ħeddew uffiċjali pubbliċi u li waddbu l-ġebel fuq propjetà privata.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ ġiet imexxija mill-Ispettur Camilleri.