Lokali Parlament

Appell biex jitwaqqfu x-xogħlijiet tas-Central Link sakemm jinstema’ l-appell

Arkivji
  • Edwin Vassallo, PN
  • Il-poplu jista’ jmur iżur il-proġett tas-Central Link nhar il-Ħadd li ġej f’open day f’dan il-proeġġ ta’ arroganza mill-gvern

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella lill-gvern biex iwaqqaf ix-xogħlijiet fis-Cetral Link f’Ħ’Attard sakemm jinstema’ l-appell.

Fl-Aġġornament tal-parlament Edwin Vassallo tkellem dwar il-proġett Central Link f’Ħ’Attard u qal li b’dispjaċir jitkellem dwar proġett li fih jara xhieda tal-arroganza tal-gvern Laburista.

Minkejja li hemm appell quddiem il-qrati, il-gvern xorta beda x-xogħlijiet fis-Central Link f’Ħ’Attard

Bħalissa hemm l-inġenji tal-kuntratturi li tqabbdu biex jibdew ineħħu l-ħamrija, jqaċċtu s-siġar waqt li oħrajn huma mmrkati biex jinqalgħu. Dan kollu meta fil-qrati għad hemm l-opportunità li jinstema’ appell kontra l-permessi li ġew maħruġa; appell li tressaq mill-bdiewa u mir-residenti ta’ Ħ’Attard.

Minkejja dan, il-Gvern xorta beda b’dan il-proġett mingħajr ma l-bdiewa kienu informati. Dawn il-bdiewa ma jistgħux jitkellmu għaliex huma par-timers li jaħdmu mal-gvern u għaliex il-gvern hu b’saħħtu.

Edwin Vassallo kompla li l-gvern ma jistax reġġa’ lura l-ħamrija u l-ispazju li issa diġà infetħu jekk l-appell jintilef. Jew il-gvern diġà jaf li l-appell se jintrebaħ mill-gvern! Irrimarka Edwin Vassallo, li kompla li l-art fl-ODZ m’għandhiex tkun indikati għal proġetti jekk dawn ma jkunux ta’ ħtieġa soċjali kbira bħal sptar jew skola li tant ikunu meħtieġa li jsiru.

Edwin Vassallo: Il-pajjiż ma jistax jibqa’ jqaċċat is-siġar kif qed jagħmel

Id-deputat Nazzjonalista kompla li trid tingħata partikolari biex ma jintilifx il-valur tal-investiment u Malta ssir pajjiż li fih diffiċli tgħix. Għalhekk għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp sostenibbli, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-gvern għandu jassigura li ma jkunx hawn iktar tqaċċit ta’ siġar. Issa hawn ħtieġa urġenti li s-siġar li hawn ikunu multiplikati għaliex huma s-siġar li jistgħu jnaddfu l-arja mit-traffiku u arja maħmuġa li hawn fil-pajjiż.

Edwin Vassallo qal li t-twessiegħ tat-toroq mhux qed iwassal biex ikun hawn tnaqqis fit-traffiku għaliex qed jiżdiedu l-karozzi. Is-Central Link mhxu se twassal biex jitnaqqas it-traffiku f’Ħ’Attard.

Edwin Vassallo: It-twessiegħ tat-toroq mhux qed iwassl għal soluzzjonijiet fit-traffiku

Edwin Vassallo appella biex il-problemi ta’ traffiku li hawn f’Malta ma jittieħdux ukoll f’Għawdex għaliex Għawdex ma jibqax attreanti kif inhu sal-lum. Hu appella biex nhar il-Ħadd li ġej waqt il-Fun Run tal-President issir open day fix-xogħlijiet tas-Central Link fejn qed isir sfreġju fir-raba’ tal-bdiewa u t-tqaċċit tas-siġar. Il-gafef qed jeqirdu s-siġar waqt li oħrajn huma immarkati biex jitqaċċtu, sostna Edwin Vassallo.