Għawdex Lokali Transport Turiżmu

Il-GTA imħassba dwar il-monopolju fis-servizz lejn Kemmuna

L-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) qed tinsisti li Transport Malta ħolqot monopolju għal dawk li jridu joffru servizz ta’ trasport bil-baħar lejn Kemmuna.

Fi stqarrija, il-GTA qalet li bil-manuvri tal-aħħar ġimgħat qed issir diskriminazzjoni kontra diversi operaturi Għawdxin. Dan għaliex min se jieħu f’idejh is-servizz bejn Malta u Kemmuna, se jingħata l-opportunita’ biex jieħu l-ispazji kollha f’Kemmuna allokati għal dan it-tip ta’ trasport.

Il-GTA hija inkwetata għall-fatt li din il-mossa ta’ Transport Malta se taffetwa mhux biss lil diversi turisti, iżda b’mod partikolari lill-għaddasa – li huma settur vitali għall-industrija turistika Għawdxija.