Ta’ kull sena qed tikber il-pressjoni fuq il-qasam tas-saħħa. kemm dik fuq l-infrastruttura, kif ukoll dik fuq ir-riżorsa umana.
Mistieden fuq Net Live ma’ Robet Cremona, Paul Pace, President tal-Għaqda tal-Infermiera u l-qwiebel, l-MUMN qal li l-problema tal-iffullar mhix tissolva minn sena għal sena.
“IR-REALTÀ URIETNA LI ĊERTU KURITURI LI KIENU INFETĦU BAQGĦU MIFTUĦA, U ISSA QED NIFTĦU KURITURI ĠODDA”
Xi ħaġa li qed twassal biex il-pażjent jinteżża mid-dinjità tiegħu.
Pace spjega kif proġetti li kienu mfassla biex isaħħu u jkabbru l-infrastruttura tal-isptar baqgħu ma sarux. Fost l-oħrajn hu semma l-Outpatients, li kellu jinbidel fi swali, il-Mother and Child Hospital li wkoll kellu jinbidel, u s-swali li kellhom jitilgħu ħdejn l-Emerġenza u li baqgħu ma tlestewx.
“DAN KOLLU BAQA’ FUQ IL-KARTA. U QED IĦALLAS IL-PREZZ IL-POPLU MALTI… QED INDUMU BIEX JIBDEW, GĦAX DAWN HUMA PROĠETTI LI ILHOM JISSEMMEW 6 SNIN”
Hu qal li l-biża hi li s-sitwazzjoni kif inhi indrat u li ssir in-norma.
Il-pressjoni fuq l-infrastruttura hija wkoll riflessa fuq il-ħaddiema tal-isptar, mill-amministrazzjoni ‘l isfel.
“KEMM IL-MANAGMENT, KEMM L-INFERMIERA, KULĦADD IRID JAQDI BL-AĦAJR MOD LILL-PAZJENT, MINKEJJA L-INFLUSS QAWWI TA’ PAZJENTI…. LI ISSA VERAMENT KULĦADD GĦEJJA”
Paul Pace tkellem dwar diffikultajiet li saru endemiċi f’Mater Dei u anke dwar il-fatt li l-pagi tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa m’għadhomx attreanti biżżjjed biex jattiraw aktar nies lejn is-settur. Din qed tissarraf f’infiermiera u ħaddiema oħra Maltin fil-qasam tas-saħħa li jmorru jaħdmu barra għal pagi ferm aħjar. Mater Dei għandu medja ta’ tlieta jew erba’ nfermiera li jitilqu kull ġimgħa. Fatt li qed iwassal biex tiżdied dejjem aktar il-pressjoni fuq il-ħaddiema li jibqgħu jaħdmu hemm.
Il-President tal-MUMN qal li anke minn naħa ta’ Steward, il-Maltin u l-Għawdxin, baqgħu ma ħadu xejn.
“FIL-QASAM TAS-SAĦĦA, GĦADNA MA ĦADNA XEJN. U MILL-PROĠETTI LI KELLHOM JAGĦMLU STEWARD, MA SAR XEJN”
//= $special ?>