Lokali Parlament

Jeħtieġ parlament awtonomu u mhux maħtuf mill-gvern

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-gvern irid ibiddel id-direzzjoni tiegħu u ma jibqax jaħtaf il-parlament taħt idejh iżda li dan ikun parlament awtonomu mill-istess gvern.

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-PN ma jridx riżorsi għall-Kap tal-Opożizzjoni biss iżda għad-deputati kollha. Hu sostna li l-poplu Malti ħaqqu gvern diċenti u spjega li kien il-PL li akkwista €10 miljuni mill-Austrlia Hall u l-art tal-poplu Malti f’Pembroke.

L-Australia Hall, waħda mill-proprjetajiet li għandu l-PL f’Pembroke flimkien mal-kumpless Raffles…minn dan in-negozju l-PL qed jippjana li jdaħħal madwar €10 miljuni

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-poplu Malti għandu bżonn bale out mill-ħniżrijiet tal-poplu Malti u jerġa’ jikseb in-normalità. Il-parlament Malti ma jistax jibqa’ maħtuf mill-Gvern għaliex ikun hawn dittatura demokratika fejn id-demokrazija tiddgħajjef.

Minkejja s-saħħa li għandu fil-parlament, il-gvern jibża’ jressaq mozzjonijiet tal-Oppożizzjoni. Jeħtieġ li l-parlament ikun awtonomu mill-gvern u ma jbaxxix rasu għall-gvern bl-Ispeaker ma jkunx pupazz tal-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-bżonn ta’ riforma fl-ordnijiet tal-Kamra u dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards li sostna li d-deputati m’għandhomx ikunu appuntati f’karigi f’awtoritajiet tal-gvern. Hu qal li l-gvern Laburista tħanżer billi deputati tiegħu kellhom anki tliet impjiegi. Dan wassal beix qed tintilef il-fiduċja fil-politiċi.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa jekk il-Prim Ministru Robert Abela hux se jagħti vot ħieles lid-deputati Laburisti biex jirrikonoxxi d-diversità li għandu jkun hawn. Il-pajjiż irid jinbnea fuq il-korrettezza politiċi, morali, ta’ kontabbiltà u ta’ serjetà. Il-parlament irid ikun distint mill-Gvern.

Edwin Vassallo: Il-parlament għandu jkun awtonomu u distint mill-gvern

Edwin Vassallo biex id-deputati jgħożżu l-krorettezza politika u l-ġentlomerija tinġieb qabel il-flus.