Kultura Kurżitajiet Lokali

Jurassic World 3 se jinġibed f’Malta

Partijiet minn Jurassic World 3 – il-film li mistenni jkompli fuq is-suċċess miksub mill-blockbuster oriġinali ta’ Hollywood ta’ tlettax-il sena ilu, Jurassic Park, se jkunu qed jinġibdu f’pajjiżna.

Fl-2015 kien ħareġ l-ewwel sequel għall-film Jurassic Park, bl-isem ta’ Jurassic World.

Il-partijiet tal-film li se jinġibdu f’pajjiżna f’Mejju, se jinġibdu f’diversi żoni f’Malta inkluż fil-kapitali l-Belt Valletta. Minbarra Malta, pajjiżi oħra li fihom mistennija jinġibdu partijiet oħra tal-istess film jinkludu il-Hawaii, Vancouver fil-Kanada, u Londra.

Il-film għandu jintwera’ għall-ewwel darba f’Ġunju tal-2021, u Steven Spielberg, li dderieġa Jurassic Park fl-1993 ikkonferma li Jurassic World 3 se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Colin Trevorrow.

Trevorrow kien idderieġa wkoll Jurassic World fl-2015.