Inqas minn 24 siegħa wara l-konferenza tal-ahbarijiet biex ħabbar il-mod li bih ser jibda jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, il-Prim Ministru Robert Abela jidher li mhux ċert jekk il-proposta tiegħu hix konformi mal-Kummisjoni Venezja.
Dan wara li t-Tlieta sirna nafu li se jkun il-Prim Ministru nnifsu li jagħżel il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, wara li ssir sejħa pubblika.
Minkejja li l-Prim Ministru, minn kliemu deher mhux ċert mill-proposta tal-Gvern, il-Ministru Owen Bonnici, kontra dak li qal Robert Abela, qalilna li jinsab ċert li kollox hu konformi mal-Kummisjoni Venezja.
Il-proċess se jibda b’sejħa pubblika, jiġifieri mhux se tkun sejħa interna fil-Korp tal-Pulizija. Minn fost il-kandidati interessati …dawn se jitniżżlu għal tnejn.
Imbagħad ikun il-Prim Ministru nnifsu li jagħżel l-aħjar persuna, skont hu, biex jieħu f’idejh il-korp tal-Pulizija. Finalment, dan l-isem imur quddiem il-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi fejn il-Gvern għandu maġġoranza.
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ħarġet bi proposta li minflokk jagħżel il-Prim Ministru, ikun il-Parlament li b’maġġoranza ta’ żewġ terzi jaghzel il-Kummissarju – proposta li maghha kien qabel anke d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
Kien għalekk li staqsejna lil Robert Abela jekk huwx lest immur quddiem il-Kummisjoni Venezja bil-proposti tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni biex tkun il-Kummisjoni nnifisha li tagħżel l-aqwa proposta mit-tnejn. Robert Abela qal li “iż-żewġ proposti ma jgħixux flimkien” u b’hekk wera li mhux lest li jmur għand il-Kummisjoni biż-żewġ proposti u jrid imur biss b’dik li tħalli l-għażla f’idejh.
Il-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq għal diversi xhur illi wasal iż-żmien fejn il-ħatra u t-tneħħija ta’ Kummissarju tal-Pulizija għandhom jibdew isiru bl-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati…tant li din il-gimgha tressaq anke Abbozz ta’ Ligi dwar dan.
Madanakollu il-Prim Ministru jidher li jrid iżomm l-għazla tal-għola kariga fil-Korp tal-Pulizija f’idejh, minghajr lanqas biss ikkonsulta mal-Oppozizzjoni jew mas-Socjeta’ Civili.
//= $special ?>