Hekk kif illum kompliet l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphna Caruana Galizia, tela’ fuq il-pedana tax-xhieda, il-Kap tas-Servizzi Sigrieti Joseph Bugeja, li madankollu insista sa mill-bidu tas-smigħ li jagħti x-xhieda tiegħu wara bibien magħluqa. Izda qabel ma għamel dan hu spjega kif il-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar kien fost il-membri tal-kumitat għas-sigurtà.
Cutajar għadu kemm reġa ġie kkonfermat fil-pożizzjoni tiegħu mill-Prim Ministru Robert Abela.
Bugeja wieġeb biss għal mistoqsijiet ġenerali quddiem dawk preżenti fis-sala, fejn spjega l-funzjoni tas-Servizzi Sigrieti ta’ Malta għall-ħarsien kontra l-ispjunaġġ, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu.
Mistoqsi jekk l-ittappjar ta’ mobiles jistax jiġi mitlub minn kwalunkwe persuna, il-Kap tal-MSS qal li l-ittappjar jibqa’ fid-diskrezzjoni tas-Servizzi Sigrieti, u li jekk il-Pulizija titlob l-ittappjar tal-mobile ta’ xi ħadd partikolari, u jkun hemm bażi biżżejjed għaliha, din imbagħad tingħadda lill-Prim Ministru għall-awtorizzazzjoni.
Izda Joseph Bugeja rrifjuta li jwieġeb aktar mistoqsijiet bħal kemm hemm nies impjegati fi ħdan is-Servizzi Sigrieti, u qal li jippreferi jwieġeb wara bibien magħluqa, fejn qal li jkun jista’ jinftiehem aħjar jekk jitkellem fil-magħluq.
Il-kaz kompla jinstema bil-magħluq, bil-familja ta’ Daphne Caruana Galizia titħalla tibqa’ ssegwi minn ġewwa.
L-inkjesta tkompli l-Ġimgħa fejn anke dakinhar, ħadd ħlief il-familja tal-ġurnalista u x-xhieda mhu se jitħallew jidħlu jsegwu fl-awla.
//= $special ?>