Waqt il-breakfast show ta’ Net FM imdorrijin nisimgħu lil Steph, lil Dylon u lil Vittorio jiċċajtaw u jimbxu lil xulxin. Iżda din il-ġimgħa, fil-WakeUp Call kienet diskussa t-tema serja tal-abort.
Kienet il-preżentatriċi Stephanie Chircop illi fil-fatt irrakkontat l-esperjenza li għaddiet minnha aktar minn 20 sena ilu, meta dak iż-żmien kienet tiżfen. Hi kienet ħarġet tqila ftit tax-xhur biss qabel għalqet 18-il sena.
Fuq ir-radju, irrakkontat kif kien hemm min taha parir biex tagħmel abort. Iżda hi, bla ebda eżitazzjoni ta’ xejn, għażlet li tibqa’ għaddejja bit-tqala tagħha.
*Fil-clip tistgħu ssegwu r-rakkont ta’ din il-ġrajja li żgur hi ta’ ispirazzjoni għal bosta tfajliet
//= $special ?>