Lokali

“Prijorità lill-ġejjieni” – MŻPN b’kampanja attiva

“Irridu li jkun hemm investiment fil-ġejjieni tal-Partit Nazzjoanlista u rridu li jkun hawn involviment ta’ aktar żgħażagħ fil-Partit, fil-fergħat kollha.”

Kliem Joseph Grech il-President tal-MŻPN meta kien qed jikkummenta ma’ Net News wara li fl-ahhar jiem tnediet il-kampanja bl-isem “Prijorità lill-ġejjieni”.

Il-ġenerazzjonijiet li ġejjin għandhom rwol importanti ħafna fil-politika u fit-tiġdid ta’ pajjiżna, u l-MŻPN se jkun qed jaħdem biex ikun il-vuċi tal-lum u ta’ għada.

Fil-ġranet u l-ġimghat li ġejjin, l-MŻPN se jkun qiegħed jiltaqa’ ma’ numru ta’ żgħażagħ f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex u jħeġġiġhom jibdew din il-mixja fil-PN… u jkunu parti minn riġenerazzjoni politika tant meħtieġa għal pajjiżna.