Lokali

Żewġ aħwa arrestati b’rabta ma’ ħames serqiet fi tliet ġimgħat

Żewġ aħwa rġiel, ta’ 40 sena minn Bormla, kienu arrestat mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti b’rabta ma’ ħames serqiet li seħħew bejn it-28 ta’ Diċembru u t-18 ta’ Jannar.

Huma tressqu l-Qorti, qudiem il-Maġistrat tal-għassa Rachel Montebello, b’akkużi relatati ma’ tliet serqiet fiż-Żejtun, kif ukoll b’serqiet oħrajn f’Ħal Tarxien u f’Raħal Ġdid.

Dawn l-arresti saru wkoll fid-dell tal-arrest li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għadda ta’ raġel ta’ 39 sena mill-Marsa. B’akkużi relatati ma’ sitt hold-ups bejn is-7 u s-16 ta’ Jannar, hu kien tressaq il-Qorti t-Tnejn u nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.