Il-virus tal-polmonite li qed jinxtered fl-Asja, magħruf bħala Coronavirus, qed iqajjem tħassib kbir. Issa anke numru ta’ nazzjonijiet Ewropew, fosthom l-Italja u r-Renju Unit qed jieħdu l-prekawzjoni meħtieġa, inkluż fl-ajruporti tagħhom.
Net News ħa l-kumment tal-Professur. Charmaine Gauci, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika fejn saqsejniha jekk il-Maltin għandhomx jallarmaw ruħhom dwar din is-sitwazzjoni.
Hija infatti qaltilna li s-sitwazzjoni mhux allarmanti, madankollu tajjeb li jittieħdu l-prekawżjonijiet neċċessarji. Prof. Gauci tat informazzjoni dwar x’għandhom jagħmlu l-Maltin li se jkunu sejrin lejn iċ-Ċina, fosthom li jevitaw is-suq fejn fihom ikun hemm l-annimali u li jżommu lilhom infushom kemm jista’ jkun indaf, speċjalment l-idejn.
“L-iġene hija importanti, speċjalment il-ħasil tal-idejn”
Saqsejniha wkoll jekk forsi l-ikel Asjatiku, fosthom is-sushi, hux ta’ periklu jekk ikun ikunsmat. Hija qaltilna li dan il-virus jittieħed bil-kuntatt dirett, u s’issa mhux magħruf li jittieħed mill-konsum ta’ xi ikel.
Is-Sovratindenza tas-Saħħa Pubblika qalet li qed tħares lejn dak li qed jiġri fiċ-Ċina u qed timxi mal-linji gwida li taw l-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija, kif ukoll dak li qed jgħid iċ-Ċentru tal-Prevenzjoni u l-kontroll tal-mard.
Dan il-virus ġdid feġġ fl-inħawi ta’ Wuhan ftit tal-jiem ilu.
Huanggang hi t-tieni belt Ċiniża li spiċċat taħt lockdown sabiex il-Coronavirus ma jkomplix jinfirex aktar.
Sa issa dan il-virus qattiel diġa’ ħasad il-ħajja ta’ 17-il persuna f’temp ta’ ftit jiem, u ħafna esperti qed iqabblu s-sitwazzjoni preżenti mal-epidemija tas-SARS.
Anke l-belt ta’ Wuhan – fejn jgħixu 11-il miljun persuna – spiċċat imblukkata; ħadd ma jista’ jidħol u joħroġ, titjiriet lejn l-ajruport ġew kanċellati, u s-servizz tal-metro u t-trasport bil-baħar twaqqaf kompletament.
Issa, l-istess miżuri qed jittieħdu fil-belt ta’ Huanggang fejn hemm jgħixu mas-6 miljun persuna.
Dawn il-miżuri qed jaffetwaw ukoll il-ħajja soċjali f’diversi livelli; prodotti f’diversi supermarkets qed ikunu skarsi, filwaqt li ħafna qed igergru li raw żieda enormi fil-prezzijiet ta’ prodotti minn bosta ħwienet. Anke skejjel, mużewijiet u libreriji qed jiġu affetwati.
//= $special ?>