Ekonomija Kummerċ Lokali Xjenza u Teknoloġija

85% tan-negozji Maltin għandhom website

Ċifri ppubblikati llum mill-NSO juru li 97.7% tal-intrapriżi f’pajjiżna għandhom kompjuter. Dan huwa konferma ta’ kemm l-informatika hija parti integrali mill-ekonomija Maltija, frott investiment qawwi li kien sar fil-bidu tas-snin Disgħin.

L-istess statistika turi li 85% tal-intrapriżi f’pajjiżna għandhom sit elettroniku. Minn dawn, 86.5 % jużaw il-media soċjali biex jimbuttaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom. L-aktar pjattaformi li jintużaw huma Facebook u YouTube.

28% tan-negozji jimpejaw magħhom persuna jew persuni speċjalizzati fl-informatika.