Huanggang hi t-tieni belt Ċiniża li spiċċat taħt lockdown sabiex il-coronavirus ma jkomplix jinfirex aktar. Dan kien konfermat mill-awtoritajiet Ċiniżi ftit tal-ħin ilu.
Sa issa dan il-virus qattiel diġa’ ħasad il-ħajja ta’ 25 persuna f’temp ta’ ftit jiem, u ħafna esperti qed iqabblu s-sitwazzjoni preżenti mal-epidemija tas-SARS.
Din il-ġimgħa anke l-belt ta’ Wuhan – fejn jgħixu 11-il miljun persuna – spiċċat imblukkata; ħadd ma jista’ jidħol u joħroġ, titjiriet lejn l-ajruport ġew kanċellati, u s-servizz tal-metro u t-trasport bil-baħar twaqqaf kompletament.
Issa, l-istess miżuri qed jittieħdu fil-belt ta’ Huanggang fejn hemm jgħixu mas-6 miljun persuna.
Dawn il-miżuri qed jaffetwaw ukoll il-ħajja soċjali f’diversi livelli; prodotti f’diversi supermarkets qed ikunu skarsi, filwaqt li ħafna qed igergru li raw żieda enormi fil-prezzijiet ta’ prodotti minn bosta ħwienet. Anke skejjel, mużewijiet u libreriji qed jiġu affetwati.
//= $special ?>