Il-mixja ta’ Liverpool lejn ir-rebħ tal-kampjonat kompliet bl-iktar mod trijonfali hekk kif ir-Reds ta’ Jurgen Klopp għelbu lil Wolves 2-1 biex kisbu t-22 rebħa minn 23 logħba.
Numri impressjonanti taċ-champions tad-dinja u tal-ewropa li issa ilhom jiġru wara t-titlu ngliż għal tletin sena.
Imma issa verament jidher li ħadd u xejn ma jista’ jwaqqaf lil Liverpool mill finalment jirbħu l-Premiership.
Ilbieraħ kief kien mistenni ma kienitx se tkun passiġġata għal Liverpool, iżda hawn toħroġ il-qawwa tat-tim ta’ Klopp li minkejja xi mumenti diffiċli xorta waħda rnexxielhom joħorġu bit-tliet punti.
Issa Liverpool reġa’ għandhom vantaġġ ta’ 16-il punt u logħba inqas x’jirkupraw, bl-eqreb rivali tagħhom prattikament qatgħu qalbhom għal kollox li Liverpool jistgħu ifallu.
Liverpool marru fil-vantaġġ wara tmien minuti permezzz ta’ Henderson wara tmien minuti, iżda kmieni fit-tieni taqsima Wolves kisbu l-gowl tad-draw b’daqqa ta’ ras stupemda ta’ Jimenez.
F’din it-tieni taqsima iż-żewġ naħat setgħu marru fil-vantaġġ, iżda kienu Liverpool tmien minuti mit-tmiem li kisbu rebħa oħra b’gowl ta’ Firminio.
Riżultati
Premiership
Wolves v Liverpool 1-2
FA Cup
Tranmere v Watford 2-1
//= $special ?>