Futbol Sport

Paul Zammit hu l-kowċ il-ġdid ta’ Gżira Utd

Il-kowċ Paul Zammit għażel li jaċċetta l-offerta ta’ Gzira United F.C. u lbieraħ iffirma kuntratt ta’ sentjen u nofs mal-Maroons.

B’hekk tibda esperjenza ġdida għal Paul Zammit, li kien ilu wieqaf mit-tmexxija ta’ klabb lokali sa mill-bidu tas-sena li għaddiet, meta ġiet fi tmiemha l-esperjenza tiegħu fit-tmexxija ta’ Birkirkara F.C.

Il-klabb ta’ Gżira ikkonferma l-bieraħ li Zammit se jmexxi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tal-klabb. Dan waqt li għandu disat ijiem ċans biex jaħdem mal-iskwadra, hekk kif l-ewwel impenn uffiċjali għal Gzira United F.C. hu l-konfront kontra Sliema Wanderers FC, fl-ewwel ta’ Frar.

Paul Zammit kellu wkoll offerta importanti biex ikun fit-tmexxija ta’ wieħed mill-proġetti ġodda li qed taħdem fuqhom il-Malta Football Association