Lokali

Qatt aktar

Il-Partit Nazzjonalista jrid illum jingħaqad ma’ diversi Kapijiet ta’ Stat minn madwar id-dinja kollha mal-kommemorazzjonijiet li qegħdin isiru f’Yad Vashem, Ġerusalemm, fl-Iżrael fil-75 anniversarju mil-liberazzjoni tal-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz. L-atroċitajiet mill-iktar gravi li saru tul t-tieni gwerra dinjija mill-estremiżmu tal-lemin, nazzista u faxxista m’għandu qatt jiġi permess li b’xi mod jirrepeti ruħu.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Mifsud Bonnici u mis-
Segretarja Internazzjonali Roselyn Borg Knight, il-Partit Nazzjonalista saħaq li aġir anti-semita m’għandu qatt ikollu spazju f’soċjetà demokratika u Ewropea. Sabiex dak li sar ma nerġgħux narawh irridu nkun soċjetà li tinforma lill-ġenerazzjonijiet l-ġodda b’dak li sar u jispjegaw għaliex dan kollu huwa kompletament żbaljat. Il-mibegħda ta’ kull forma b’mod partikolari dik razzjali ħsara biss twettaq u twassal għad-diżastri li rajna.

Il-Partit Nazzjonalista filwaqt li jibqa’ l-partit li jħares id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li jassigura d-dinjità li l-ħajja tiġi rispettata mill-bidu sat-tmiem tagħha u l-valuri nsara li sawru s-soċjetà tagħna u dik Ewropea, jfakkar huwa ukoll f’dan il-jum m’għandna qatt ninsew din l-memorja u għandna nkun magħqudin biex qatt aktar ma din tirrepeti ruħha.