“Stidiniha aħna” – Ian Borg ma jridx jiskuża ruħu.
Hija din ir-risposta li tana l-Ministru tat-Trasport wara li aktar kmieni din il-ġimgħa qalilna li mhux affari tagħna xi jsir fil-Kabinett.

Wara dan l-episodju, saqsejna lill-Ministru jekk iddispjacihx li tkellem b’dan il-mod u jekk hux lest jiskuża ruhu pero b’mod ċar, Ian Borg naqas milli jiskuża ruħu għall-attitudni tiegħu mal-crew ta’ dan l-istazzjon.
Fl-ebda ħin ma skuża ruhu jew wera xi tip ta’ dispjaċir għall-mod kif aġixxa.


