Il-famuza ittra li permezz tagħha provaw jagħmlu frame-up fuq l-eks Ministru Chris Cardona, qatt ma intweriet lilu – il-Pulizija qatt ma urew din l-ittra lil Chris Cardona, kif ikkonferma hu stess waqt il-programm Xtra fuq ix-Xandir Nazzjonali.
Id-deputat Laburista Chris Cardona stqarr illi kienu sħabu l-Ministri li infurmawh bl-eżistenza ta’ din l-ittra.
Fi kliem sempliċi, dan ifisser li l-investigaturi qatt ma iffaċċjaw lil Cardona bil-provi li kellhom f’idejhom.
Din l-ittra fiha dettalji dwar laqgħat li suppost saru, somom maqbula, motivazzjoni għad-delitt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u anki theddid.
Storja elaborata u mirquma sew dik li kellu jirrakkonta Yorgen Fenech, li jinsab suspettat b’kompliċità fl-assassinju ta’ Caruana Galizia; storja li kellu jirrakkonta lill-investigaturi allegatament fuq struzzjonijiet ta’ Keith Schembri, l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat.
Dawn l-istruzzjonijiet għaddew mingħand Schembri għal għand Fenech permezz ta’ ittra mgħoddija minn Adrian Vella, it-tabib kemm ta’ Keith Schembri kif ukoll ta’ Yorgen Fenech. Adrian Vella kien ammetta mal-pulizija li Keith Schembri kien għadda ittra lil Yorgen Fenech meta dan tal-aħħar kien l-Isptar taħt arrest, iżda l-eks Chief of Staff baqa’ jinsisti li ma’ ta l-ebda ittra lit-tabib Vella biex jgħaddieha lil Yorgen Fenech.
Il-kontenut ta’ din l-ittra kien żvelat mill-portal Lovin Malta u jikkonferma li Keith Schembri kien qed jipprova jitfa’ d-delitt f’ħoġor l-eks Ministru Chris Cardona.
Filwaqt li Schembri kien ikun jaf fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar Caruana Galizia, propju għaliex kien jattendi l-laqgħat tas-Servizzi Sigrieti… Chris Cardona jgħid illi ma kien jaf xejn bl-investigazzjoni li kienu għaddejin minn naha tal-Pulizija.
L-ittra tikkonferma dak li kien diġa ħareġ fil-media u fil-Qrati – li Yorgen Fenech ingħata struzzjonijiet biex jgħid lill-Pulizija li Chris Cardona kien tkellem ma’ ċertu Toni, magħruf bħala Toni l-Iblaħ biex jiltaqgħu f’bar fis-Siġġiewi.
Dejjem skont l-ittra, Chris Cardona suppost offra €300,000… iżda Degiorgio ried liċenzja fil-Freeport biex ikun jista’ jdaħħal xorb u tabakk bil-kuntrabandu.
Intant, fl-istess programm fuq il-PBS, Chris Cardona jikkonferma li hu ilu jaf lill-imprenditur Yorgen Fenech
Yorgen Fenech ghadu ghaddej proceduri fil-Qrati akkuzat b’komplicita’ f’dan l-assassinju.
//= $special ?>
