Tal-anqas għaxar bliet Ċiniżi jinsabu taħt lockdown kaġun tal-Coronavirus li faqqa’ lejlet l-Ewwel tas-Sena, u li issa infirex ukoll barra ċ-Ċina.
L-awtoritajiet tal-pajjiż qed jgħidu li sa issa mietu 26 persuna kaġun ta’ dan il-virus. B’kollox, issa qabżu t-800 il-każijiet ta’ persuni li huma konfermati li ġew infettati b’dan il-virus.
Il-lockdown ifisser li ħafna servizzi ta’ trasport ġew sospiżi jew kanċellati. Dan qed iseħħ fil-ġurnata li għaċ-Ċiniżi hi ekwivalenti għal Lejlet l-Ewwel tas-Sena.
Każijiet suspettati ta’ dan il-virus ġew identifikati fit-Tajlandja, fl-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit.
//= $special ?>