Lokali Qorti

Liberat mill-akkuża ta’ serq

Raġel ta’ 38 sena ġie liberat mill-akkuża li seraq makkinarju minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Mosta. Il-każ kien seħħ f’Jannar tal-2017.

Antoine Borg kien akkużat li seraq magna li tqatta’ l-ġebel u anke makkinarju ieħor għad-detriment ta’ Stefan Falzon. Il-valur tal-makkinarju misruq kien stmat li kien madwar €3,700.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli ma sabitx lil Borg ħati ta’ dawn l-akkużi, l-aktar minħabba l-fatt li l-Prosekuzzjoni ma rnexxiliex iġġib provi rikjesti.

Għal Antoine Borg dehru l-avukati Joe Giglio u Roberta Bonello.