Lokali Qorti

Mixli li wettaq żewġ serqiet b’arma rregolari

Raġel ta’ 31 sena, li m’għandux indirizz fiss, anke jekk kien qed joqgħod ta’ spiss fil-Gżira, ġie mixli quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, li wettaq żewġ serqiet b’arma rregolari f’perjodu ta’ jumejn, il-Ħadd u t-Tnejn li għadda kkommetta żewġ serqiet minn ħwienet fil-Gżira u tas-Sliema rispettivament.

Clint Zammit, li huwa r-raġel isuspettat li wettaq żewġ serqiet inżamm arrestat, minkejja li ċaħad l-akkużi miġjubin kontrih. L-Fabian Fleri, Lydon Zammit u Colin Sheldon xlew lil Zammit li daħal fiż-żewġ ħwienet jistaqsi għall-flus u jbeżża’ lin-nies b’sikkina u b’wiċċu nofsu mgħammad. Waqt li jitlob għal flus huwa kien ixejjer is-sikkina u jhedded biha.

Wara li jieħu l-flus huwa joħroġ mill-ħanut u jikxef wiċċu. Kien minħabba f’hekk li l-pulizija rnexxielhom jidentifikawh permezz tal-filmati meħudin mill-kameras tas-sigurtà. Allegatament seraq iżjed minn €2,000.

Il-Prosekuzzjoni qalet li huwa ġie arrestat f-appartament tiegħu fil-Gżira. Zammit ġie mixli wkoll li żamm lill-vittmi kontra l-volontà tagħhom u arma mingħajr liċenzja mogħtija mill-Kummissarju tal-Pulizija.

Is-serqa fil-Gżira saret għall-ħabta tad-9.30pm, fi Triq Nazju Ellul filwaqt li l-ħanut misruq f’tas-Sliema seħħet għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq Imrabat.
L-investigazzjoni dwar dan il-każ tmexxiet mis-sezzjoni tal-Pulizija tar-Reati Kriminali li segwew lill-akkużat sakemm finalment arrestawh. L-Avukat tal-għajnuna legali Joe Brincat deher għal Zammit.