Lokali

NIŻVELAW: Il-Libjani jaslu Malta għal laqgħat urġenti

It-titjira LAA001 tal-Libyan Arab Airlines għadha kif niżlet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, b’Net News jikkonferma li abbord hemm wieħed mill-mexxejja Libjani li ġie f’pajjiżna għal diskussjonijiet mal-Gvern Malti.

It-titjira telqet minn Tripli u niżlet f’pajjiżna ftit qabel nofsinhar, bil-Libjani abbord jgħaddu mill-VIP Lounge tal-ajruport.

Is-sitwazzjoni fil-Libja kienet diskussa l-ġimgħa li għaddiet f’Konferenza importanti li saret f’Berlin, u li għaliha l-Gvern Malti ma kienx mistieden. Il-Gvern ma kienx lanqas mistieden għal-laqgħa li saret ilbieraħ fl-Alġerija, fejn attendent numru ta’ Ministri tal-Affarijiet Barranin mir-reġjun tal-Mediterran u mill-Afrika.

Mhux magħruf eżatt jekk il-Prim Ministru Malti hux se jkun involut f’dawn it-taħdidiet f’pajjiżna.