Lokali Unjoni Ewropea

Stefano Mallia elett President tal-Grupp Ewropew ta’ Min Iħaddem

Stefano Mallia kien elett bħala l-President tal-Grupp Ewropew ta’ Min Iħaddem. Dan wara li, għall-aħħar disa’ snin, hu rrappreżenta lill-employers Maltin fuq il-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali (EESC).

Matul dak il-perjodu, hu ħadem mill-qrib mal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, li fi stqarrija bagħtu jawgurawlu għal din il-kariga l-ġdida. Il-Kamra faħħret l-impenn ta’ Mallia fl-istituzzjonijiet Ewropej biex l-employers Maltin igawdu minn dawn il-fora.

L-EESC hu istituzzjoni importanti għax hu vuċi tas-soċjetà ċivili Ewropea bħalma f’pajjiżna hu l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Il-Kamra tan-Negozji ż-Żgħar u Medji qalet li emmnet f’din il-kandidatura, filwaqt li esprimiet is-sodisfazzjon għall-fatt li pajjiżna se jgawdi ferm mill-pożizzjoni miksuba minn Stefano Mallia.