L-Awtoritajiet Mediċi Taljani għaddejjin bil-miżuri kollha meħtieġa wara li qed ġie investigat każ suspettat li huwa wieħed ta’ Coronavirus, il-virus qerriedi li xeħet għarkopptejha liċ-Ċina.
Dan wara li mara f’Parma kellha tiddaħħal l-isptar b’urġenza wara li għamlet ir-ritorn tagħha minn Wuhan, waħda mill-ibliet fiċ-ċentru ta’ din il-kriżi. Kelliema għall-awtoritajiet saħqu li t-Taljani kellha sintomi ta’ mard respiratorju, simili ħafna tal-istess sintomli li jikkawża dan il-virus.
Fortunatament il-mara kienet f’qagħda stabbli u t-testijiet għal dan il-virus immarkaw fin-negattiv. Intant, l-awtoritajiet Taljani insistew li s’issa m’hemmx lok ta’ allarm – madanakollu spjegaw li jridu jieħdu kull mezz ta’ prekawzzjoni.
//= $special ?>