Internazzjonali

Terremot qawwi fit-Turkija

Terremot qawwi heżżeż lil-Lvant tat-Turkija b’qawwa ta’ 6.8 fuq l-iskala richter.

Il-każ seħħ qrib ir-raħal ta’ Sivrice fil-provinċja ta’ Elazig għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija ħin Malti.

Kelliema għall-Awtoritajiet saħqu li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li ma ġewx irrapportati fatalitajiet madanakollu żewġ persuni kellhom jingħataw kura medika wara li kkollassaw għal kollox ħames binjiet f’Sivrice

Il-Ministru għad-Difiża Torka, Hulusi Akar saħaq li t-truppi militari jinsabu preparati biex jagħtu kull għajnuna neċessarja filwaqt li preċiża jgħid li t-theżżiża nħasset ukoll f’Istanbul b’qawwa ta 6.5.

Intant, it-terremot inħass ukoll fis-Sirja u l-Armenja.