Għawdex Lokali Transport

U-turn minn Transport Malta

Pospost il-qbil tas-servizz ta’ lanċa bejn Malta u Kemmuna

Transport Malta ipposponiet b’mod temporanju l-qbil li sar ma’ operatur li se jkun qed jopera s-servizz ta’ lanċa bejn Malta u Kemmuna.

Skont stqarrija uffiċjali, dan il-pass qiegħed jittieħed wara li Transport Malta analizzat id-diskussjoni li kienet qed issir fuq il-qbil li ġie ppublikat fl-aħħar jiem. Iżda l-verita’ hi li Transport Malta irċiviet kritika kbira għal din il-mossa, bl-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu dan il-ftehim kien se joħloq monopolju b’detriment għal diversi Għawdxin.

Issa, Transport Malta se tkun qed tikkunsidra u tevalwa l-aspetti kollha ta’ dan is-servizz, fosthom l-aspett operattiv u l-faċilitajiet ta’ imbarkar.

Intqal illi fiż-żmien li ġej Transport Malta se tkun qed tikkomunika d-deċiżjoni ta’ reviżjoni fuq in-Notifika tal-Port 01/2020.