Internazzjonali

34 suldat Amerikan weġġa’ fl-attakk mill-Iran

L-Istati Uniti kkonfermat li 34 suldat sofrew trawmi f’moħħhom wara l-attakk tat-8 ta’ Jannar li għadda fuq bażi militari fl-Iraq.

L-attakk, mill-forzi tal-Irajani, kien ritaljazzjoni għall-qtil tal-Ġeneral Iranjan Qassim Soleimani, it-tieni l-ogħla uffiċjal tal-pajjiż.

Din l-aħbar tikkuntrasta mal-ewwel dikjarazzjonijiet li kien għamel il-President Amerikan Donald Trump li mmedjatament wara l-attakk kien iddikjara li ma kien weġġa’ ħadd.