Internazzjonali Lokali Saħħa

CORONAVIRUS: Informazzjoni u pariri

Immaġni mil-laboratorju tal-Coronavirus

Id-dinja kollha tinsab fuq allerta hekk kif il-Coronavirus qed iħalli vittmi f’diversi pajjiżi.

X’NAFU S’ISSA?

Il-virus, li beda’ fiċ-Ċina, huwa virus respiratorju, u huwa x’aktarx żviluppa f’Diċembru. Ħafna jaħsbu li beda’ f’dak li jissejjaħ wet market, jew suq tal-frott tal-baħar u l-laħmijiet, fil-belt ta’ Wuhan.

Xjentisti qed iqabblu lil dan il-virus mal-virus tas-SARS tal-2002. Huma qalu li l-virus tal-lum jista’ jkun oriġina minn friefet il-lejl. Aktar w’aktar meta wieħed mill-ispjeċjalitajiet taz-zona hija propja s-soppa tal-friefet il-lejl.

KIF QED JINFIREX U X’QED ISIR?

  • Il-virus jinfirex minn persuna għal persuna.
  • Sa issa fiċ-Ċina aktar minn 40 persuna tilfu ħajjitħom riżultat tal-Virus. Eluf qed imorru fl-isptarijiet sabiex jiġu ttestjati għall-virus.
  • Fl-Ingilterra ġew ittestjati 31 persuna għall-virus.
  • Is-sintomi tal-Coronavirus huma simili għal dawk ta’ riħ jew influenza.
  • Sa issa qabżu l-1,400 persuna madwar id-dinja li huma infettati bil-virus.
  • Xjentisti jinsabu f’ġirja kontra l-ħin biex isibu vaċċin għal kontra l-virus.
  • Iċ-Ċina ħabbret li se tkun qed tibni sptar ġdid apposta. L-isptar mistenni jkun lest fi żmien ġimgħatejn
  • iċ-Ċina għalqet diversi fruntiera bit-tama li l-virus ma jkomplix jinfirex
  • Diversi ajruporti madwar id-dinja qed jagħmlu screening fuq persuni deħlin f’pajjiżhom

MALTA QEGĦDA F’RISKJU?

Sa issa, f’Malta ma jidhirx li hemm riskji imminenti, madankollu l-istpar qed iħejji ruħu permezz ta’ testijiet fil-laboratorji u billi jżomm ruħu aġġornat bl-iżviluppi marbuta mal-virus u l-vaċċini kontrih

X’GĦANDEK TAGĦMEL JEKK SE SSIEFER?

  • Evita kuntatt ma’ persuni morda, speċjalment b’mard respiratorju
  • Żomm idejk nodfa kemm jista jkun
  • Evita kuntatt ma’ annimali u l-ħmieġ tagħhom
  • Evita li żżur swieq fejn jinbieħu annimali ħajjin jew mejtin
  • Jekk se ssiefer lejn iċ-Ċina ħu prekawzjonijiet speċjaliu bħat-titqiba kontra l-influenza, sa ġimgħatejn qabel issiefer
  • Jekk tivvjaġġa lejn iċ-Ċina u tiżviluppa sintomi simili għal ta’ riħ jew influenza fi żmien ħmistax mill-vjaġġ tiegħek, kellem tabib.