Internazzjonali

Donald Trump jattendi għal marċ favur il-ħajja – jitkellem kontra l-abord

Il-President Amerikan Donald Trump tenna mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għal liġijiet iktar stretti kontra l-abort.

Dan hekk kif kiteb l-istorja meta sar l-ewwel President Amerikan li attenda marċ favur il-ħajja sa mindu bdiet issir f’Washington kważi ħamsin sena ilu.

“It-trabi li għadhom ma tweldux qatt ma kellhom difensur iktar mil-lum. Nafu li kull uman hu divin u kull ħaja umana, anke mhux imwielda, hi rifless ta’ Alla. Flimkien se niddefendu l-verita,” iddikjara Donald Trump.